L-Astronomija Indiġena: Kif is-sema jinforma prattiċi kulturali

Emu_Milky_Way.jpg

The celestial Emu in the Milky Way - Image Peter Lieverdink.

Get the SBS Audio app

Other ways to listen

L-għarfien tal-astronomija ta' oġġetti fis-sena jinfluwenza u jirrifletti il-ħajja u l-liġijiet tan-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet.


Fis-satra ta’ eluf ta’ stilel u kwiekeb iteptpu u permezz ta’ ċikli bla għadd tal-Qamar, il-kultura u l-preżenza tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja tmur lura eluf ta’ snin.

Mill-meravilja tas-serbut ta’ kwiekeb magħrufa bħala Milky Way, (it-Triq ta’ Sant Anna) sal-meteori, u l-fażijiet differenti tal-Qamar, hemm ħafna x’wieħed jitgħallem dwar l-astronomija Indiġena u l-għarfien tal-istilel.

Meta nħarsu ’l fuq fis-sema billejl, naraw firxa sabiħa ta’ kwiekeb iteptpu fost il-fażijiet dejjem jinbidlu tal-qamar wara li tinżel ix-xemx kuljum.

L-astronomija hija l-istudju tal-oġġetti u l-fenomeni fis-sema, u l-astronomija Indiġena tirreferi għall-għarfien profond tal-istilel u l-kwiekeb u l-konnessjonijiet tagħhom mal-art – bil-fehma li kull m’hemm fuq l-art huwa rifless fis-sema.

Għan-nies Aboriġini u Torres Strait Islander, is-sema jirrifletti prattiċi kulturali li għaddew permezz tat-tradizzjoni orali lill-eluf ta’ ġenerazzjonijiet, f’forma ta’ stejjer, kanzunetti, ċerimonja, u arti.
pexels-eclipse-chasers-716719984-18285364.jpg
Moon over the Sydney Harbour Bridge – image Eclipse Chasers.
Aunty Joanne Selfe hija mara Gadigali mwielda Sydney li trabbiet titgħallem l-istorja tal-Milky Way minn ommha, l-elders u dawk b’għarfien dwar dan is-suġġett tal-kwiekeb fil-komunità tagħha.

“Għal aktar minn 60,000 sena n-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet ħarsu ’l fuq lejn is-sema. Dan jgħinna nifhmu d-dinja ta’ madwarna bl-osservazzjoni tagħna tal-kwiekeb, il-pjaneti, il-qamar, ix-xemx u l-atmosfera, biex inbassru l-bidliet tat-temp, biex ninnavigaw fuq l-art u l-ilma, u biex nippjanaw il-ġbir tal-ikel, il-kaċċa, il-kummerċ jew ċerimonji, kif ukoll biex ngħaddu l-istejjer minn ġenerazzjoni għall-oħra,” tispjega Aunty Joanne.

L-għarfien tal-istilel u l-kwiekeb Indiġeni huwa mod kif in-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet jifhmu d-dinja li jgħixu fiha u s-sehem u r-responsabiltajiet tagħhom fi ħdanha.

“Għandna qawl li jgħid – dak kollu li hemm fuq qiegħed hawn isfel. Għalhekk tista’ tkun taf dwar il-komunità tiegħek, il-versi tal-kanzunetti, siti ta’ ċerimonji importanti u affarijiet oħra billi tuża l-kwiekeb - iżda l-kwiekeb weħidhom, jeħtieġu ftit għajnuna biex int tifhem kollox, u għalhekk li tkun taf iż-żifna tiegħek, tkun taf il-lingwa tiegħek, u l-konnessjoni tal-inħawi fejn toqgħod mal-pajjiż tiegħek - jivvalida kollox,” tgħid Aunty Joanne.

Duane Hamacher huwa Professurr tal-Astronomija Kulturali fl-Iskola tal-Fiżika fl-Università ta’ Melbourne. Jaħdem mal-komunitajiet Aboriġini u Torres Strait Islander biex jiddokumenta u jaqsam l-għarfien tradizzjonali tagħhom.
L-elders jispjegaw li kull m’hemm fis-sema hu marbut mal-art. Għalhekk, jekk tkun trid taf kif taħdem id-dinja, għandek tħares lejn il-kwiekeb.
Duane Hamacher.
“Il-bnedmin dejjem kellhom konnessjoni mill-qrib mas-sema. Il-kwiekeb jgħinuna biex nifhmu l-ispazju u ż-żmien. Huma jilluminaw il-liġi u x-xjenza. Iservu ta’ mappa u l-kejl taż-żmien. U jiffunzjonaw bħala spazju ta’ memorja b’saħħitha, biex b’hekk in-nies ikunu jistgħu jgħaddu l-għarfien – mhux mittiefes – għal eluf ta’ snin,” jgħid Duane Hamacher.

Kull m’hemm fis-sema għandu tifsira u skop. Il-movimenti tax-Xemx, il-Qamar, u l-kwiekeb jintużaw biex ibassru bidliet fl-ambjent lokali tagħna, bħall-istaġuni, ix-xejriet tat-temp, u l-imġieba tal-pjanti u l-annimali.
pexels-ken-cheung-3355734-5397911.jpg
The Australian sky at night - Image Ken Cheung.
“L-iktar ħaġa importanti dwar kif nifhmu l-għerf tal-kwiekeb Indiġeni hija li nkunu nafu li dan għandu x’jaqsam ma’ dak kollu li hawn madwarna. Jekk trid tkun taf meta l-istaġuni jkunu se jinbidlu, ħares ’il fuq," jispjega Duane Hamacher.

“Jekk trid tkun taf meta se tagħmel ix-xita, ħares ’il fuq. Jekk trid tinnota ċ-ċikli tal-imġieba tal-annimali jew tkun trid taf meta għandek tħawwel jew taħsad fil-ġonna jew tfittex sorsi tal-ikel, ħares ’il fuq. Għandek titgħallem taqra l-kwiekeb u l-ambjent ta’ madwarek biex tifhem x’qegħdin jgħidulek."

Dan il-mod ħolistiku ta’ kif inħarsu lejn id-dinja huwa ċentrali għall-kultura tal-Aboriġini u Torres Strait Islander, jgħid Duane Hamacher.

“F’Torres Strait, l-elders jgħallmu kif għandu jkun osservat it-teptip tal-kwiekeb. Jekk tkun tista’ tinterpretahom – iġifieri li tosserva u tinterpreta l-bidliet fl-għamliet tagħhom, bħall-kulur, kemm ileqqu, jew kif iteptpu - titgħallem affarijiet importanti dwar l-atmosfera. Dan jista’ jgħidlek jekk tkunx ġejja xi maltempata jew jekk ir-riħ ikunx se jdur,” jispjega Duane Hamacher.

Kull lejl, il-kwiekeb jitilgħu fis-sema tal-lvant erba’ minuti qabel il-jum ta’ qabel. Matul sena, l-kwiekeb iduru f’ċirku sħiħ hekk kif id-Dinja iddur madwar ix-Xemx.

Dan iċ-ċiklu ta’ bidla fis-sema jaħbat mal-bidliet fuq l-art. Kif tispjega Aunty Joanne, l-Emù fis-Sema, jew l-Emù Skur, hija kostellazzjoni magħrufa li tispikka bil-partijiet skuri fil-Milky Way.

“Li nħobb dwar l-Emù fis-sema huwa li juri lil ħaddieħor kif in-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet jużaw l-irqajja’ skuri mudlama fis-sema daqs il-kwiekeb, imma wkoll għax jirriflettu l-imġiba tal-Emù terrestri, u allura dak li naraw jagħmel l-Emù fuq l-art, naraw ukoll dik l-informazzjoni parallela fis-sema.”
The Dark Emu rising - Image by Geoffrey Wyatt - Sydney Observatory.png
The Dark Emu rising - Image Geoffrey Wyatt.
Pereżempju, meta l-kostellazzjoni tal-Emù Skur tibda tiela’ fis-sema tax-Xlokk wara nżul ix-xemx f’April u f’Mejju.

“Dan jaħbat maż-żmien tas-sena meta l-emù ikun se jbejjet,” jgħid Duane Hamacher.

“Hekk kif jgħaddu x-xhur, l-Emù Skur ikun fl-għoli sa Ġunju u Lulju. Dan huwa ż-żmien meta l-emù raġel ikun fuq il-bajd. Meta Emù idur u jkun perpendikulari mal-orrizzont tal-lbiċ f’Awwissu u f’Settembru, iż-żgħar jibdew ifaqqsu.”

L-Emù fl-ispazju, li jissemma fl-istejjer tradizzjonali mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra mill-Ewwel Nazzjonijiet, jirreġistra informazzjoni importanti xjentifika.

“L-elders Gunaikurnai tan-nofsinhar ta’ Victoria jirrakkontaw kif ir-raġel tal-Qamar kien qed jikkaċċja emù. L-emù pprova jaħrab billi ġera fuq siġra li kienet fuq xmara. Imma żelaq u waqa’ fl-ilma. Illum tista’ tara l-istorja illustrata fis-sema. Is-silwett tal-emù jidher fix-xmara tas-sema - il-Milky Way jew Warrambool,” jispjega Duane Hamacher.

“Is-siġra tal-Yarran fix-xmara hija s-Southern Cross, maġenb ras l-emù. Meta r-raġel tal-Qamar joħroġ, l-emù jistaħba mill-kaċċatur. Dan jiddeskrivi kif it-tniġġis tad-dawl naturali tal-Qamar, li d-dawl qawwi tiegħu jbatti id-dettall tal-Milky Way, jagħmilha diffiċli għall-emù biex jara.”

Fenomeni temporanji li jidhru billejl fis-sema, bħal meteori - għandhom ukoll tifsira fil-kulturi Indiġeni.
2024-09-02_16-18-07.jpg
Aunty Joanne Selfe - Image supplied. Associate Professor Duane Hamacher, image – Amanda Fordyce.
Bħalma jispjega Duane Hamacher, l-elders jgħallmu kif dawn l-elementi huma importanti biex nifhmu l-ħajja, il-mewt, u l-identità.

“Fil-biċċa l-kbira fit-tramuntana tal-Awstralja, meteori jleqqu huma marbuta mal-ispirti ħżiena. Il-meteori huma dawn l-entitajiet twal iserrpu fis-sema. F’Torres Strait, meteori jleqqu jissejħu Maier. L-elders jispjegaw li jirrappreżentaw l-ispirti ta’ nies li għadhom kemm mietu, u li qed jivvjaġġaw fis-sema bħal rokit lejn Beig, l-art tal-mejtin,” jgħid Hamacher.

Ir-relazzjoni bejn il-poplu Aboriġinu u Torres Strait Islander u l-kwiekeb tinkorpora sens ta’ identità u appartenenza mad-dinja naturali, is-sens tal-eżistenza u l-kultura tagħhom.
Fl-astronomija tal-Ewwel Nazzjonijiet, l-oriġini tal-univers, imur lura lejn it-Tjukurrpa. Il-Pajjiżi tal-Punent jirreferu għal dan iż-żmien bħala tal-Ħolm, imma bażikament, huwa ż-żmien ta’ ħafna snin ilu, meta beda jeżisti kollox.
Aunty Joanne
“Imma dak li hu interessanti f’din l-istorja hu li la ż-żmien u lanqas l-istorja kif nifhmuhom aħna m’huma involuti fit-tifsira. Għandna kunċett – dak li jissejjaħ kull meta, u bħalma popli spirti iġġerrew fuq l-art u għamlu l-muntanji, ix-xmajjar, u s-sema, u l-oġġetti kollha fis-sema, li naraw madwarna, dan jagħtik ħjiel biex tifhem li fil-fatt aħna kokreaturi tal-univers li ngħixu fih - l-osservaturi u min josserva huma l-istess," tispjega Aunty Joanne.

B ’dan il-mod, l-għarfien tal-kwiekeb Indiġeni huma parti integrali mar-rabta tal-passat, il-preżent, u l-futur ma’ sistema ħolistika ta’ għarfien, li hija ċentrali għall-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Għal aktar informazzjoni, żur  and .

Subscribe or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.

Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to

Share